Kompetizzjoni Formula1 2002

Applika hawn jew Idhol   X'Nistgha nirbah - Rigali

X'ghandek taghmel biex tippartecipa?
F'din il-loghba l-partecipanti jriedu jiprovaw jaqtaw minn fost is-sewwieqa ser jigu fl-ewwel sitt postijiet tal-klassifika ghal l-istagun li gej. Din hija opportunita ghal kulhadd biex jaghti l-oppinjoni tieghu bic-cans li jirbah. Biex inkunu certi li kulhadd ikollu l-informazzjoni neccessarja w tkun aktar facli qed niprovdu wkoll l-istorja shiha tat-tlielaq tal-F1. Il-partecipanti jriedu l-ewwel japplikaw ma' Webforce u wara jkunu jistghu jibdew jibghatu r-registrazzjonijiet taghhom ghat-tlielaq li jkunu ser isiru, u dan minghajr ebda hlas zejjed. Il-partecipanti jkunu jistghu jaghzlu l-ahjar erbatax -il tellieqa u jeliminaw it-tlieta l-ohra.

Il-Punti
Ghal kull post li jinqata' tajjeb jinghataw punti daqskemm jiehu punti sewwieq fil-Gran Prix. Dan l-istagun hemm sbatax il-tellieqa, l-ahjar erbatax - il tellieqa joghdu ghal punti finali. B'dan il-mod jekk xi hadd jaqbez tellieqa ma jkunx ta zvantagg.

Ricerka
Fis-sezzjoni ta' l-istorja wiehed isib ir-rizultati u l-postijiet ghal kull Gran Prix li saret, ghalhekk il-partecipanti jkunu jistghu ifittxu t-tlielaq, timijiet, sewwieqa u cirkwiti different. Dan biex jghin il-partecipanti jaghzlu l-ahjar sewwieqa u tlielaq li jahsbu li ser jirbhu.

Rigali
Fl-ahhar ta l-istagun l-ahjar ghaxar partecipanti jirbhu rigali fantastici. Barra minn hekk ser ikun hemm diversi rigali kull Gran Prix. L-ismijiet tar-rebbieha ser ikunu jidhru fuq il-Web Site.

Il-Hlas
Registratzzjoni wahda tiswa biss Lm 2 (US$ 5). Dan jinkludi l-ispejjez administrattivi correnti minn Webforce ghal din il-kompetizzjoni. M'hemmx limitu fuq kemm -il registrazzjoni partecipant jistgha jibghat ghall-kompetizzjoni, ghalkemm iried jintuza username differenti ghal kull wahda. Il-hlas ghal din il-kompetizzjoni huwa kif gej:

Registrazzjoni wahda Lm 2 (US$ 5.00)
Zewg Registrazzjonjiet Lm 4 (US$ 10.00)
Tlett Registrazzjonijiet Lm 5 (US$ 12.50)
Erba' Registrazzjonijiet Lm 7 (US$ 17.50)
Hames Registrazzjonijiet Lm 9 (US$ 22.50)
Sitt Registrazzjonijiet Lm 10 (US$ 25.00)
Seba' Registrazzjonijiet Lm 12 (US$ 30.00)
Tmien Registrazzjonijiet Lm 13 (US$ 32.50)
Disa' Registrazzjonijiet Lm 14 (US$ 35.00)
Ghaxar Registrazzjonijiet Lm 15 (US$ 37.50)

Applikazzjonijiet
Ghal registrazzjoni wahda l-partecipanti jistghu jdahhlu l-opinjoni taghhom on-line, bl-email jew bil-posta. Ir-registrazzjoni ghal kull tlellieqa trid tintbaghad mhux aktar tard minn sitt sieghat qabel ma tibda t-tellieqa. Il-partecipanti jriedu l-ewwel ihalsu biex inkunu nistghu naccettaw l-applikazzjoni taghhom. Ghal aktar minn registrazzjoni wahda l-partecipanti jistghu jdahhlu l-opinjonijiet taghhom on-line, bl-email jew bil-posta.

Registrazzjonijiet
Ir-registrazzjoni ghal kull Gran Prix trid tintbaghad mhux aktar tard minn sitt sieghat qabel ma tibda t-tellieqa. Dan jistgha jsir mill-Web Site, bil-posta jew fl-ufficju taghna. Huwa importanti li nghidu li registrazzjonijiet jigu accettati biss mill-applikanti.

Rizultati
Ir-rizultati jibdew jidhru fuq il-Web Site fil-gimgha ta' wara l-Gran Prix. Dawn ir-rizultati ovjament jimbidlu meta l-partecipanti jidecidu liema mis-sbatax -il tellieqa jeliminaw

Data ta' eghluq l-Applikazzjonijiet
Naccettaw registrazzjonijiet sa l-ahhar ta' Gunju 2002. Ghalkemm xorta huwa possibli li tirbah jekk tapplika daqshekk tard, ahna nissugerulek li tapplika mill-aktar fis possibli biex ikollkom aktar cans ta' rebh.

Applika hawn, trid tapplika biex tkun tistgha tithol.

Jekk applikajt Idhol